0688 L-Għaref ta’ Salamun

Toysmalta

€40.00 
Barcode: 9213803510688

0688 L-Għaref ta’ Salamun

L-Għaref ta’ SalamunTM– L-ewwel boardgame f’għamla ta’ kwiżż 100% Maltija, għat-tfal u l-kbar. Kunċett u disinn ta’ BDL Fun Games, parti minn BDL Publishing.

Kif tintlagħab il-logħba:
Asal l-ewwel wieħed fuq il-kuruna biex tieħu t-titlu ta’ ‘L-Għaref ta’ Salamun’!
Itfa’ d-dada biex tkun taf is-suġġett tal-mistoqsija tiegħek. Il-plejer ta’ warajk jiġbor il-karta u jistaqsik mistoqsija. Jekk twieġeb tajjeb mingħajr l-għajnuna, timxi 3 passi ’l quddiem fuq il-bord. Jekk twieġeb tajjeb bl-għajnuna timxi pass wieħed biss. Jekk twieġeb ħażin, tibqa’ fejn int. Il-kaxxi tax-’Xorti’ u tal-’Għorrief’ jistgħu jgħinuk jew ifixkluk milli timxi ’l quddiem…

Importanti li tkun għaref… imma tajjeb li tkun xortik tajba wkoll!

Il-Kontenut:
  • il-bord tal-logħba
  • 6 pedini
  • klessidra ta’ 30 sekonda
  • dada tal-kuluri
  • mazz bi 30 karta tax-xorti
  • mazz bi 30 karta tal-għorrief
  • 6 mazzi karti b’50 mistoqsija f’kull mazz

Bl-approvazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu