1357 1,2,3, Qatt Tinkwieta

Toysmalta

€6.95 
Barcode: 9789918211357

1357 1,2,3, Qatt Tinkwieta

Taf b’xi tfal li jinkwetaw ħafna? Il-biża’ qed iżommhom milli jkunu l-aħjar li jistgħu jkunu?

F’1, 2, 3, Qatt Tinkwieta, l-awtriċi u konsulenta newroedukattiva Noel Foy żviluppat approċċ ta’ azzjoni kontra l-inkwiet li se jgħin lit-tfal jipproċessaw l-isfidi ta’ kuljum u jaħdmu permezz tagħhom.

“Tiskanta x’tista’ tgħallem lil ħaddieħor bl-attitudni t-tajba.”
“Taħseb li tista’ tgħallem lil ħaddieħor jinkwieta inqas?”
Chris tbissem minn taħt. “Assolutament. Sakemm dak li jkun ma jibżax jitgħallem xi ħaġa ġdida.”

Bl-ansjetà fost it-tfal li qed tikber b’rata mgħaġġla, l-adulti qed ifittxu għodod li t-tfal jistgħu jużaw fil-prattika fil-ħajja ta’ kuljum sabiex jikkontrollaw is-sentimenti tagħhom. Bl-użu ta’ pjan ċar ibbażat fuq tliet passi sabiex jibdel il-perspettiva tagħhom dwar l-ansjetà jew ħsibijiet ta’ biża’, it-tfal jistgħu jieħdu lura l-kontroll minn fuq iċ-ċiklu vizzjuż tal-ansjetà. Sezzjoni speċjali għall-adulti tipprovdi suġġerimenti bbażati fuq evidenza biex tgħin lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet neċessarji biex jaffaċċjaw u jegħlbu l-inkwiet u l-biżgħat.