7099 Dizzjunarju bil-Malti għat-tfal
7099 Dizzjunarju bil-Malti għat-tfal
MIŻJUD Edizzjoni riveduta li tinkludi ’l fuq minn 5,000 kelma.
KULUR Stampat bil-kulur biex jgħinek tfittex u taqra.
EŻEMPJI Għal kull kelma jingħata eżempju biex jgħin lill-qarrejja jifhmuha aħjar fil-kuntest. Il-kelma tingħata b’kulur aħmar fl-eżempju.
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Għal kull kelma tingħata l-kategorija grammatikali, is-sillabar, il-varjanti, l-għerq, il-ġens, il-plural u l-għadd imtenni skont kif japplika.
TRADUZZJONI Kull kelma għandha traduzzjoni bl-Ingliż biex tkompli tgħin fit-tifsira.
APPENDIĊI Appendiċi miżgħud b’informazzjoni interessanti u utli bħall-warda tal-irjieħ, in-numri ordinali u kardinali, mappa tal-gżejjer Maltin, l-Istati Membri tal-UE u ħafna aktar.